Lokali

Imut il-Professur Edward de Bono

Edward de Bono, l-akkademiku u tabib li żviluppa fama għall-ideat innovattivi miet l-Erbgħa filgħaxija fl-eta’ ta’ 88 sena.

De Bono serva bħala Professur f’Oxford, Cambridge u Harvard.

Terminu li oriġina, ‘lateral thinking’, issa jifforma parti mill-Oxford English Dictionary.

Imwieled fl-1933 u attenda fil-Kulleġġ St Edward’s, De Bono ggradwa bħala tabib mill-Università ta’ Malta qabel ma studja l-fiżjoloġija u l-psikoloġija f’Oxford.

Aktar minn 85 ktieb ta’ De Bono ġew tradotti f’46 lingwa, u l-metodu tiegħu Six Thinking Hats ġie mgħallem fil-kontinenti kollha.

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar il-memorja tal-Professur Edward de Bono fejn stqarr li de Bono għamel isem mhux biss għalih innifsu imma fuq kollox għal pajjiżu li tant kien iħobb.

Lura f’April tas-sena l-oħra, il-Professur Edward de Bono kien bagħat messaġġ ta’ kuraġġ b’rabta mal-pandemija tal-Covid-19 waqt il-programm Net Live.