EURO 2020 Futbol Sport

Maguire jirritorna għat-taħriġ mal-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

Tliet ijiem biss qabel l-ewwel partita tal-grupp kontra l-Kroazja, id-difensur Harry Maguire tħarreġ għall-ewwel darba mal-iskwadra Ingliża f’St. George’s Park.

Id-difensur ta’ Manchester United, ilu ma jilgħab sa mill-bidu tax-xahar li għadda hekk kif kien sofra injury fl-għaksa kontra Aston Villa. Fil-jiem li għaddew anke l-midfielder ta’ Liverpool Jordan Henderson irritorna għat-taħriġ wara li wkoll kien barra minħabba injury u lagħab it-tieni taqsima fil-partita kontra r-Rumanija.