Lokali

Malta se tkun qed tirċievi €125 miljun mill-Unjoni Ewropea

Malta se tkun tircievi madwar 125 miljun ewro mill-Fond Soċjali Ewropew …imsejjah ESF+. 

Waqt konferenza tal-ahbarijiet li saret il-Hamis, l-MEP David Casa qal li minħabba l-pandemija tal-Covid-19, kellhom isiru bidliet fl-ESF+ biex dan il-fond ikun mgħammar tajjeb ghal din ir-realta’ l-ġdida. Casa sostna li mill-fondi allokati ghal Malta, 25% se jintużaw biex tigi indirizzata l-esklużjoni socjali, filwaqt li madwar 3% ser jintużaw ghal dawk in-nies li huma meqjusa l-aktar fil-bzonn. 

Apparti dan, persentaġġ mill-ESF+ għandu jintuża mill-Gvern Malti biex ikun assigurat il-Youth Gurantee, u permezz ta’ dan Malta tkompli tnaqqas in-numru ta’ zghazagh li m’ghandhomx opportunitajiet ta’ xoghol. 

Hu maħsub ukoll li tiġi implimentata c-Child Gurantee, illi l-għan taghha hu li jiġi assigurat li kull tifel u tifla fil-faqar ikollhom aċċess għal kura tas-saħħa b’xejn, għall-edukazzjoni b’xejn, post fejn jgħixu li jkun diċenti, u bizzejjed ikel.  

Casa saħaq li l-Istati Membri tal-UE għandhom juzaw ukoll ammont tal-fondi tal-ESF biex jaraw l-iżvilupp tal-istakeholders u s-soċjeta’ civili. U dan japplika anke ghal Malta.

David Casa tenna li issa sta għall-Gvern Malti li jagħraf liema huma l-aktar setturi li intlaqtu mill-pandemija u li kawza ta’ dan jinsabu fil-bzonn, u jagħmel pjan tajjeb ta’ bilanċ ghas-seba’ snin li ġejjin li jitratta l-infieq tal-fondi tal-ESF+. Fl-aħħar nett, huwa sostna li dan l-pjan għandu jkun konsistenti mal-valuri tal-UE, u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.