Futbol Sport

Manchester United jibdew id-diskussjonijiet ma’ Paul Pogba

(Ritratt: EPA)

Manchester United bdew id-diskussjonijiet ma’ Paul Pogba biex iġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb. L-istaġun li ġej se jkun l-aħħar wieħed għal Pogba ma’ Manchester United hekk kif il-kuntratt tiegħu jintemm fis-sajf tal-2022.

L-aġent tal-player, Mino Raiola aktar kmieni din is-sena kien qal li Pogba huwa mdejjaq ma’ Manchester United u kien qed ifittex biex iħalli lill-klabb. Il-midfielder ta’ 28 sena kien ħalla lil Manchester United fl-2012 biex issieħeb ma’ Juventus fejn kien reġa rritorna fl-2016.