Lokali

Matthew James jniedi diska ġdida

Wara s-suċċss kbir ta’ ‘’Tbissem’’ li kienet kollaborazzjoni mal-kantawtrici Ira Losco, Matthew James
illum iddebutta silta oħra għal darb’ohra bħala solist.

Il-kantawtur u producer Matthew James, tul din il-pandemijja kien wieħed mill-iktar artisti lokali li
baqgħu attivi. Tul is-sena l-oħra kif ukoll din is-sena ikkolabora ma’ diversi artisti oħra, ħareg ammont
konsiderevoli ta’ siltiet u pproduċa lil bosta artisti lokali oħra. Infatti tul l-2020 u din is-sena, siltiet ta’
Matthew James kienu qiegħdin jokkuppaw l-quċċata tal-klassifiċi lokali għal numru ta’ drabi.

Is-silta li ddebutta llum ‘Round and Round’’ tesplora in-naħa iktar serja ta’ Matt bħala artist. Hija silta
fejn ġab lura dak il-ħoss awtentiku ta’ ‘band’ u għamilha relevanti għall-2021.

Matt jgħidilna li ‘’Round and Round’’ tippreżenta lis-semmiegħa b’għazla li jaħseb fuq id-deċiżżjonijiet
fil-ħajja u biex mhux sempliċiment jsegwi lil ħaddieħor’’