Sport Sport Ieħor

Otra Vez jirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-Veuve Clicquot Round Linosa Offshore Race

(Ritratt: Pavel Images)

Ir-Royal Malta Yacht Club kompla bl-attivitajiet tal-ibburdjar tiegħu nhar is-Sibt 29 ta’ Mejju bil-ewwel edizzjoni tal-Veuve Clicquot Round Linosa Offshore Race, tellieqa mifruxa fuq distanza ta’160 mil nawtiku. 

Filwaqt li n-numri tal-parteċipazzjoni kienu kemm xejn ftit, wieħed kellu jikkunsidra numru ta’fatturi – il-limitu ta’ erba persuni mill-istess dar fuq kull jott, in-natura bla waqfien tat-tbaħħir lil hinn mix-xtut li hija iebsa partikolarment fis-sigħat tal-lejl u n-nuqqas ta’ tlielaq li kienu ilhom weqfin għal-xhur sħaħ.  

Il-bidu tat-tellieqa kienet inizjalment ippjanata li tibda fil-Port il-Kbir bħala parti minn attivitajiet madwar il-Yachting Malta Race Week, iżda minħabba rrestrizzjonijiet relatati mal-pandemija il-bidu tat-tellieqa bdiet il-barra mil-Port.

Min hemmhekk, il-flotta baħħret lejn l-Għallis, fejn min hemm għaddiet mill-fliegu ta’Kemmuna b’rotta diretta lejn Linosa, fejn daru mal-ġżira Taljana qabel ma ġew lura Malta min naħa ta’ Filfla fejn spiċċaw f’Marsamxett. 

Janissah (Mario Debono) kienet l-ewwel jott li ħarġet mill-linja tal-bidu, filwaqt li l-oħrajn mifruxa b’mod uniformi tul il-linja tat-tluq wiesgħa mil. L-isforz  t’Artie għal rebħa waslet fi tmiemha fliegu ta’ Kemmuna, meta ħsara fit-tmun ma ħallihom l-ebda għażla ħlief li jirtiraw.

Aaron Gatt Floridia, l-kaptan t’Otra Vez, ta l-kummenti tiegħu wara t-tellieqa fejn stqarr is-soddisfazzjon tiegħu dwar ir-ritorn lejn kompetizzjonijiet, anke jekk kienu limitati bin-numru t’ekwipaġġ. “Din hija tellieqa interessanti. It-tul tal-korsa tippermettilek ħafna għażliet tattiċi. Id-deċiżjonijiet tagħna ħallew il-frott Minkejja dewmin ħdejn Linosa minħabba nuqqas ta’ riħ, il-kundizzjonijiet tista tgħid kienu perfetti.” kompla Gatt Floridia.

Otra Vez laħaq lil Ton Ton fl-aħħar ftit mili tat-tellieqa, viċin in-naħa tan-nofsinhar ta ’Malta, meta l-kundizzjonijiet tar-riħ ġagħlu lil Ton Ton inaqqas il-veloċità, u ta’ lil Otra Vez l-opportunità li jlaħħaq miegħu. Għalkemm Ton Ton kiseb Line Honours, kien Otra Vez, li spiċċa ftit minuti wara, biex rebaħ it-tellieqa fuq il-Ħin Korrett.

Bir-riżultat tiegħu, Gatt Floridia stabbilixxa l-ewwel Rekord IRC (fuq Ħin Korrett) f’ħin ta’ 36 siegħa 39minuta 49 sekonda.

Il-Flotta kienet mgħamula of Artie III (Lee Satariano), Bait (Paul Debono), Janissah (Mario Debono), Otra Vez (Aaron Gatt Floridia), Ton Ton Laferla Insurance (Jonathan Gambin) and Vivace (Andrew Agius Delicata / Matthew Gabriele).

It-TrofewVeuve Clicquot, ikkummissjonat minn Yachting Malta u Veuve Clicquot, rappreżentat f’Malta minn M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd. ġie ppreżentat lil Aaron Gatt Floridia, kaptan ta ’Otra Vez fil-preżenza taċ-Chairman ta’ Yachting Malta s-Sur John Huber, is-Sur David Cremona, Commodore Royal Malta Yacht Club, Uffiċjal tat-Tellieqa s-Sur Peter Dimech u s-Sur Alfred Brad-dick, Marketing Manager, M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd.

L-ewwel edizzjoni tar-Round Linosa Race kienet appoġġata minn Yachting Malta u sponsorjata minn Veuve Clicquot.