EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Analiżi | B’tim tranżitorju Spanja xorta jibqgħu fost il-favoriti

Grupp ta' tfajliet jilbsu l-istess flokk iżda b'ittri differenti li meta jkunu ħdejn xulxin jiffurmaw isem pajjiżhom

Kowċ Luis Enrique ħasad lil kulħadd meta fl-għażla finali tal-iskwadra, eskluda lill-captain Sergio Ramos, m’għajjat ebda plejer ta’ Real Madrid u għażel 24 minflok 26 plejer

Tnejn mill-aħħar tliet edizzjonijiet tal-Euro kienu mirbuħa minn Spanja. Bħal ma dejjem kienu fl-aħħar snin, La Rojahuma wieħed mill-pajjiżi favoriti li jistgħu jirbħu l-edizzjoni ta’ din is-sena. Fl-2016, fl-aħħar Kampjonati Ewropej, l-Ispanjoli spiċċaw b’togħma qarsa meta fl-istadju tal-aħħar sittax, huma sfaw eliminati kmieni.

Fl-2008, Spanja rebħu l-Euro meta kienu taħt it-tmexxija teknika tal-mibki, Luis Aragonés.

Spanja rebħu edizzjoni tal-Euro tliet darbiet, bl-ewwel suċċes immur lura għal 1964.

Fl-2012, Spanja reġgħu rebħu x-xetru ta’ champions tal-Ewropa, din id-darba taħt it-tmexxija tal-kowċ Vicente del Bosque (xellug). Sentejn qabel, fl-2010, mal-istess kowċ, Spanja kienu rebħu t-Tazza tad-Dinja. F’dawn is-suċċessi kollha, il-captain tal-Ispanjoli dejjem kien il-gowlkiper, ker Casillas (lemin).

Is-selezzjoni Spanjola għal din l-edizzjoni tal-Euro hi komposta minn plejers ta’ esperjenza li rebħu fil-passat riċenti, u oħrajn żgħar b’talent.

Luis Enrique

Kowċ ta’ Spanja

17-il partita, 9 rebħiet

Din id-darba, it-tim nazzjonali Spanjol taħt il-gwida teknika ta’ Luis Enrique, jista’ jitqies bħala wieħed ta’ tranżazzjoni. Dan għaliex l-iskwadra magħżula għall-Euro 2020 hi magħmula minn plejers ta’ esperjenza, u li x’aktarx din taf tkun l-aħħar dehra tagħhom f’kompetizzjoni ta’ dan it-tip, iżda għandha wkoll talenti żgħar u emergenti.

Il-captain Spanjol f’din l-edizzjoni se jkun il-midfielder Sergio Busquets, wara li d-difensur ta’ 35 sena, Sergio Ramos tħalla barra l-għażla tal-iskwadra finali ta’ Luis Enrique. Post Sergio Ramos ittieħed mill-Franċiz ta’ Manchester City, Aymeric Laporte. Xahar ilu, Aymeric ingħata l-passaport Spanjol, wara li baqa’ qatt ma ngħata ċ-ċans li jilgħab għal Franza.

Aymeric Laporte f’azzjoni mat-tim nazzjonali Franċiż ta’ taħt il-21 sena, f’partita kontra Żvezja fl-2014. Mat-timijiet nazzjonali taż-żgħar ta’ Franza, Laporte lagħab ‘il fuq minn 50 partita.
Fin-nuqqas tal-veteran Sergio Ramos, fiċ-ċentru tad-difiża Spanjola se nkunu qed naraw Franċiz li iżda għadu kemm ingħata passaport Spanjol, bl-isem ta’ Aymeric Laporte. Sa ħames snin ilu, Laporte kien il-captain ta’ Franza ta’ taħt il-21 sena, iżda meta ġie biex jagħmel il-qabża għal mat-tim nazzjonali tal-kbar ta’ Franza, hu qatt ma ingħata ċ-ċans. Issa għażel li jilgħab għal Spanja wara li ssodisfa l-kriterji mitluba mill-Gvern Spanjol, u kkwalifika għaċ-ċittadinanza Spanjola permezz tan-nanniet Baski tiegħu.

Qabel issieħeb lil Manchester City, Laporte għamel seba’ staġuni jilgħab fi Spanja ma’ Athletic Bilbao.

Elementi oħra nieqsa f’din l-edizzjoni se jkunu Jesús Navas, Sergio Canales, Kepa Arrizabalaga u Inigo Martínez. Madankollu l-Ispanjoli se jerġa’ jkollhom fit-tim, l-esperjenza ta’ plejers bħal David de Gea, Jordi Alba, César Azpilicueta, Thiago Alcântara u Álvaro Morata.

Cesar Azpilicueta hu wieħed mill-plejers l-aktar b’esperjenza, speċjalment fid-dipartiment difensiv. Hu għandu 31 sena u għadu kemm rebaħ il-UEFA Champions League ma’ Chelsea. Azpilicueta kapaċi jilgħab ċentrali fid-difiża iżda ukoll mal-linja, fuq il-lemin.
Alvaro Morata hu skorer prolifiku u element importantissimu fid-dipartiment tal-attakk ta’ La Roja. Għandu 28 sena, lagħab 39 partita għal Spanja u skorja 19-il-gowl. Dan l-istaġun, fil-partiti kollha li lagħab, kemm dawk ma’ Spanja, kif ukoll ma’ Juventus, Morata lagħab 50 partita u skorja 22 gowl.

Kemm ilu fit-tmexxija ta’ Spanja, Luis Enrique ta prova ta’ kemm jemmen fit-talent żagħżugħ, permezz tad-debutt ta’ diversi talenti interessanti. Dawn huma Pedri ta’ Barcelona, l-attakkant ta’ Leipzig Dani Olmo u d-duo ta’ Manchester City Eric Garcia u Ferran Torres.

B’Luis Enrique fit-tmexxija, kienu diversi l-plejers żgħażagħ li ħatfu ċ-ċans biex jirbħu post fit-tim nazzjonali Spanjol.

Eric Garcia hu wieħed mit-talent l-aktar interessanti li hemm fl-iskwadra Spanjola għall-Euro 2020. Għandu 20 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali. F’dawn l-aħħar snin lagħab ma’ Manchester City iżda wara dan it-turnament se jkun qed jibda esperjenza ġdida ma’ Barcelona, wara li l-kuntratt tiegħu maċ-champions Ingliżi skada.
L-attakkant ta’ 21 sena, Ferran Torres għadu kemm temm l-ewwel staġun tiegħu ma’ Manchester City. Hu ssieħeb magħhom fis-sajf li għadda, wara li għaliħ, i-klabb tal-Premier League ħallas is-somma ta’ €23 miljun.Ferran Torres diġa’ lagħab għaxar darbiet u skorja sitt gowls.

L-Ispanjoli, li matul il-grupp ta’ kwalifikazzjoni kienu mmexxija minn Luiz Enrique li eventwalment kellu jwarrab minħabba problemi familjari u assuma l-kariga ta’ kowċ Robert Moreno, iddominaw il-grupp ta’ kwalifikazzjoni. Il-punti li huma waqqgħu kienu biss f’żewġ dros minn għaxar partiti. Kif mistenni, is-sistema tattika magħżula mill-Ispanjoli għandha tkun waħda offensiva, bil-mod tattiku l-aktar ippreferut minn Luiz Enrique hu dak ta’ 4-3-3. Il-previżjoni hi li Spanja għandha tirbaħ dan il-grupp għalkemm fl-istess waqt, La Furia Roja ma jistgħux jissotovalutaw l-avversarji tagħhom fl-istess grupp.

Wara li għal żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Euro, Spanja rebħet dan it-turnament, fl-aħħar Euro 2016, li kienet saret fi Franza, l-Ispanjoli kienu eliminati fl-istadju tal-aħħar 16 u nisslu diżappunt mhux żgħir fost il-partitarji tagħhom.

L-24 plejer ta’ Spanja għall-Euro 2020

Kowċ: Luis Enrique

David De Gea

Gowlkipers: David de Gea (Manchester United), Unai Simon (Athletic Bilbao), Robert Sanchez (Brighton & Hove Albion)

Difensuri: Jose Gaya (Valencia), Jordi Alba (Barcelona), Pau Torres (Villarreal), Aymeric Laporte (Manchester City), Eric Garcia (Manchester City), Diego Llorente (Leeds United), Cesar Azpilicueta (Chelsea), Marcos Llorente (Atletico Madrid)

Jordi Alba
Fabian Ruiz

Midfielders: Sergio Busquets (Barcelona), Rodri Hernandez (Manchester City), Pedri (Barcelona), Thiago Alcantara (Liverpool), Koke (Atletico Madrid), Fabian Ruiz (Napoli)

Attakkanti: Dani Olmo (Leipzig), Mikel Oyarzabal (Real Sociedad), Gerard Moreno (Villarreal), Alvaro Morata (Juventus), Ferran Torres (Manchester City), Adama Traore (Wolves), Pablo Sarabia (PSG)

Adama Traore