Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara inċident fl-Imġarr

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr. L-inċident seħħ għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar bil-vittma kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Triumph, misjuq mill-vittma, u vettura Nissan, misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Imġarr.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.