Illum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ġie mgħarraf bir-riżenja ta’ Simon Mizzi minn membru tal-Bord tal-Awtorita’ dwar l-Ambjent u tar-Riżorsi (ERA) minħabba raġunijiet personali.
Bernard Grech irringrazzja lil Simon Mizzi tal-ħidma li hu wettaq fiż-żmien li dam jokkupa din il-kariga.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għalhekk qed jinnomina lill-Inġinier Christopher Ciantar bħala membru ġdid fil-Bord tal-ERA.
Christopher Ciantar huwa gradwat fl-inġinerija mekkanika mill-Universitá ta’ Malta.
Huwa għandu Dottorat fil-qasam tal-inġinerija ambjentali b’enfasi fuq Life Cycle Assessment, u ċioe, kif policies
ambjentali jaffettwaw prodotti teknoloġiċi tul iċ-ċiklu kollu tagħhom. Ciantar għandu interess partikulari fis-circular economy u qed jimplimenta riċerka f’dan ir-rigward, b’mod partikulari fuq il-bijofertilizzant.
Christopher Ciantar jaħdem fis-settur privat bħala Chief Operations Officer.
//= $special ?>