Futbol Sport

Rifjutata l-ewwel offerta ta’ Man Utd għal Jadon Sancho

(Ritratt: EPA)

Man Utd għamlu l-ewwel offerta għal attakkant Ingliż ta’ Borsuss Dortmund Jadon Sancho, bl-offerta tkun madwar £60 miljun. Madanakollu din l-offerta ġiet irrifjutata hekk Borussia Dormtund jridu madwar £78 miljun għall-Ingliż.

Bl-ewwel offerta ta’ Man Utd tkun rifjutata, l-valur ta’ Jadon Sancho misteni jogħla wara l-Euro 2020, speċjalemnt jekk ikollu prestazzjonijiet pożittivi mat-tim nazzjonali tal-Ingilterra. Fost it-timiijiet interessati f’Sancho hemm ukoll it-tim ta’ Chelsea, b’Sancho jgħid kemm-il darba li kien jissimpatizza mar-rebbieħa tal-UEFA Champions League.

Iżda r-rapporti internazzjonali qed jindikaw li l-Jadon Sancho u Man Utd diġa laħqu ftehim dwar il-pakket finanzjarju tiegħu, fejn jonqos biss li jkun hemm qbil bejn il-clubs rispettivi fuq somma għat-trasferiment ta’ Jadon Sancho.