Lokali Qorti

Tammetti li għamlet dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni fl-2016

Mara li tat dettalji foloz lill-awtoritajiet Maltin peress li kienet diġà ngħatat l-ażil fl-Italja ħames snin ilu ngħatat sentenza sospiża mill-Qorti. Woldu Muluwongel ta’ 34 sena, residenti l-Marsa u mill-Eritrea, kienet waslet Malta fl-2016 u kienet qalet lill-Kummissarju għar-Refuġjati li kienet xi ħadd ieħor biex tevita li tiġi identifikata u rritornat l-Italja dak iż-żmien.

Iżda meta dan l-aħħar spiċċawla l-flus f’Malta, hija kienet ressqet quddiem l-awtoritajiet fi sforz biex tiġi ripatrijata lejn l-Italja. Muluwongel wieġbet ħatja tal-akkużi, dik li għamlet dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet Maltin. w

Wara li kkonsultat mal-avukat tagħha għal perjodu konsiderevoli ta’ żmien. Il-Qorti kkundannatha sena ħabs, sospiża għal sena, u dan fid-dawl tal-kooperazzjoni tagħha mal-Pulizija fil-każ. L-Avukat Joseph Ellis kien l-Avukat Difensur. L-Ispettur Karl Roberts mexxa l-Prosekuzzjoni.