Futbol Sport

Telfa minima għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Malta……………………………..1

Montenegro…………………2

Malta: J. Xuereb, G. Zahra, E. Lipman, S. Farrugia, K. Willis, R. Cuschieri, M. Farrugia, S. Zammit, C. Zammit, N. Sciberras, H. Bugeja

Montenegro: I. Cabarkapa, H. Bozic, S. Bulatovic, D. Djukic, J. Karlicic, A. Kuc, M. Maras, M. Radunovic, M. Saranovic, N. Stanovic, A. Toskovic

Referee: A. Johnson

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa, lagħab l-ewwel partita ta’ ħbiberija minn tnejn kontra l-Montenegro fejn fis-Centenary Stadium tilef 2-1. Wara li l-Montenegro ħarġu fuq l-offensiva sa mill-ewwel minuti, huma rnexxielhom jiskorja darbtejn f’temp ta’ żewġ minuti, l-ewwel kienet SLADJANA BULATOVIC li fetħet l-iskor wara 13-il minuta. Il-Maltin naqsu milli jwettqu reazzjoni u kienet ARMISA KUC li għamlithom 2-0.

Il-Maltin rrispondew u fit-23 minuta, kienet SHONA ZAMMIT li naqset l-iskor għat-tim Malti. Fit-tieni taqsima, l-logħob baqa’ wieħed bilanċjat bl-okkażjonijiet ta’ skor ikunu minimi fuq iż-żewġ naħat. Iż-żewġ timijiet jiltaqgħu f’partita ta’ ħbiberija oħra nhar il-Ħadd li ġej.