Lokali

Tfittxija għal tfajjel fl-inħawi tax-Xemxija

Permezz ta’ post fuq Facebook, ħbieb ta’ ġenituri ta’ tfajjel mitluf qed jappellaw lill-pubbliku għall-għajnuna b’tama li jinstab dan it-tfajjel.

Fil-messaġġ li twassal, inkiteb li tifel ħarab ma’ sħabu permezz tar-rota mill-inħawi tax-Xemxija. Huma qalu li saqu fil-bnadi ta’ San Pawl il-Baħar u x-Xemxija, iżda tfittxija rriżultat fin-negattiv. L-appell issokta biex kull min jara dan it-tifel jagħmel kuntatt mal-ġenituri permezz tan-numru li jinsab fl-istampa t’hawn fuq.