Lokali

“Tinsulentawx l-intelliġenza tan-nies, uru l-istat veru tal-ħabs”

F’deċiżjoni li ħadet l-Awtorità tax-Xandir intqal biex ma jibqgħux jinsulentaw l-intelliġenza tan-nies, u biex jintwera l-istat veru tas-sitwazzjoni tal-ħabs.

L-Awtorità issa ordna biex producer indipendenti jidħol fil-ħabs u jħejji filmat ta’ 3 minuti tal-istat vera tal-ħabs ta’ Kordin.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara lment li kienu ressqu l-Prof. Andrew Azzopardi, id-dekan tal-Fakultà tal-Benesseri Soċjali fl-Università ta’ Malta u l-preżentatur Peppi Azzopardi wara li l-programm Popolin li jixxandar fuq TVM, skonthom kien ta’ impressjoni qarrieqa tas-sitwazzjoni vera tal-ħabs.

Huma qalu li l-impressjoni li kienet ingħatat, kienet ‘il bogħod ħafna mill-verità.