Futbol Sport

Titnaqqas is-sospensjoni ta’ Andre Onana minn tnax-il xahar għal disa’ xhur

Il-Qorti Arbitrali tal-Isport (CAS) naqqset is-sospensjoni tal-goalkeeper ta’ Ajax, Andre Onana bi tliet xhur, minn tnax-il xahar għal disa’ xhur.

Onana li għandu 24 sena, ittestja pożittiv f’Ottubru li għadda għas-sustanza furosemide. L-istess gowlkiper saħaq li hu kien ħa xi mediċina preskritta lil mara tiegħu bi żball, meta kien qed iħossu ma jiflaħx.

Is-sospensjoni issa tintemm fl-4 ta’ Novembru 2021, kemm f’livell ta’ club kif ukoll f’livell internazzjonali. Onana jista’ jibda jittrenja ma’ Ajax sa xahrejn qabel tintemm is-sospenjoni, iġifieri fl-4 ta’ Settembru.

B’hekk Onana se jkun jista’ jilgħab fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani f’Jannar tal-2022, wara li din is-sena kienet posposta minħabba l-pandemija tal-Covid 19.