Futbol Sport

Tottenham f’diskussjonijiet mal-eks kowċ ta’ Roma Paulo Fonseca

(Ritratt: EPA)

Tottenham jinsabu f’diskussjonijiet diretti mal-eks kowċ ta’ Roma Paulo Fonseca, wara li d-diskussjonijiet li kellhom mal-eks kowċ ta’ Inter Antonio Conte fallew.

Fl-istaġun li għadda Fonseca kien qed imexxi lil Roma fis-Serie A fejn ironikament, postu ħadu l-eks kowċ ta’ Tottenham Jose Mourinho. Jidher li Fonseca mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn mat-tim minn Londra. Fonseca kellu staġun diżappuntanti ma’ Roma hekk kif ma rnexxielux itemm mal-ewwel erba’ fis-Serie A minkejja li wassal lit-tim tal-kapitali sas-semifinali tal-Europa League.

Jidher ukoll li Tottenham fis-sigħat li ġejjin se jkunu qed jilħqu ftehim mal-eks Direttur ta’ Juventus Fabio Patrici, fejn jidher li huwa nvolut fl-ingaġġ ta’ Fonseca.