EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Analiżi | Löw u l-Ġermanja lejn tmiem ta’ era… iżda għadhom ma rebħux il-Euro

Partitarja femminili tal-Ġermanja

Il-Ġermaniżi rebħu l-aħħar t-trofew ta’ champions tal-Ewropa 25 sena llu

Matul l-aħħar deċennju, il-Ġermanja missew mal-quċċata tal-futbol dinji, meta fl-2014 kienu nkurunati champions mondjali. Fl-aħħar tliet edizzjonijiet konsekuttivi tal-Kampjonati Ewropej, dan it-tim nazzjonali kien konsistenti fil-pożittiv, fir-riżultati li kiseb, madankollu mhux b’xortih biżżejjed biex jirbaħ it-titlu ta’ champion Ewropew. Fl-edizzjoni tal-2008 tilef il-finali kontra Spanja, filwaqt li fl-aħħar żewġ edizzjonijiet konsekuttivi, dawk tal-2012 u l-2016 rispettivament, fid-darbtejn kienu eliminati fis-semifinali.

Joachim Löw mexxa lit-tim nazzjonali Ġermaniż għal dawn l-aħħar 15-il sena. Kienet era ta’ suċċess, u wara t-tmiem tal-Euro 2020, il-Ġermanja se titmexxa mil-eks kowċ ta’ Bayern Munich, Hansi Flick.

il-Ġermanja se tkun qed tilgħab il-partiti kollha tagħha f’Grupp F fl-istadium ta’ Munich u skont l-aħħar aħbarijiet, il-Belt Ġermaniża se tkun qed tilqa’ mal-14,500 partitarju għall-Euro 2020.
Il-kowċ attwali tal-Ġermanja, fl-aħħar kompetizzjoni tiegħu fit-tmexxija ta’ dan it-tim nazzjonali, Joachim Löw.
Il-kowċ il-ġdid tal-Ġermanja wara l-Euro 2020, Hansi Flick.

Għal dawn l-aħħar 15-il sena, it-tim nazzjonali Ġermaniż kellu biss kowċ wieħed; Joachim Löw. Dan kien il-kowċ li mexxa lill-Ġermanja f’era ta’ suċċess u li diġà ħabbar b’ċertezza, li se jkun qed jirriżenja mit-tmexxija ta’ dan it-tim wara l-Euro 2020, b’tama ta’ trijonf, 25 sena wara l-aħħar suċċess tagħhom fl-Ewropa.

Għalkemm il-possibiltajiet tal-Ġermanja li jkollhom edizzjoni suċċess, huma tajbin, jibqa’ fatt li huma se jilgħabu fl-itqal grupp tal-Euro 2020. Taqta’ barra lill-Ungerija, il-Ġermanja se jkunu qed jilgħabu f’stadju daqstant bikri, kontra ċ-champions tad-dinja u tal-Ewropa, Franza u l-Portugall. Minkejja dan, il-Ġermaniżi jibqgħu favoriti li javvanzaw għal mal-aħħar sittax.

Teżisti inċertezza dwar liema tattika se jkunu qed jilgħabu biha l-Ġermanja fil-Euro 2020, hekk kif fl-aħħar partiti rajnihom jilgħabu b’sistemi ta’ 3-4-3, 3-4-1-2 u saħansitra b’sistema aktar offensiva ta’ 4-3-3.

Fl-aħħar partiti, konna qed naraw lill-Ġermanja ta’ Löw tilgħab bi tliet difensuri u b’sistema tattika ta’ 3-4-3 jew 3-4-1-2. Madankollu bosta kkritikaw lill-kowċ Ġermaniż għal din l-għażla ta’ formazzjoni. Għaldaqstant pjan B għal Die Mannschaft taf tkun is-sistema offensiva ta’ 4-3-3, li iżda xorta esponiet id-difetti tal-Ġermanja fid-difiża, partikolarment fit-telfa diżastruża ta’ 6-0 kontra Spanja.

Thomas Mueller
Mats Hummels

L-aħħar riżultati miksuba ma tantx għenu biex tissaħħaħ l-armonija fl-iskwadra u dan il-fatt ħasseb mhux ftit lil Löw, tant li kellu jmur lura mid-deċiżjoni li ħa fil-passat u sejjaħ mill-ġdid lill-veterani, Thomas Müller u Mats Hummels.

Fl-iskwadra preżenti hemm ukoll talenti tassew interessanti bħal Serge Gnabry, Timo Werner u Kai Havertz, li wrew il-potenzjal tagħhom u llum għandhom rwol prominenti fl-istess tim fejn hemm inkluża wkoll il-preżenza ta’ uċuh b’esperjenza bħal Toni Kroos, Ilkay Gundogan u Manuel Neuer.

Timo Werner
Ilkay Gundogan

Nieqsa mill-lista ta’ 26 plejer hemm il-gowlkiper ta’ riżerva, Marc-André ter Stegen u l-attakkant, u captain ta’ Borrusia Dortmund, Marco Reus.

Is-26 plejer tal-Ġermanja għall-Euro 2020

Kowċ: Joachim Löw

Manuel Neuer

Gowlkipers: Manuel Neuer (Bayern Munich), Bernd Leno (Arsenal), Kevin Trapp (Eintracht Frankfurt).

Difensuri: Matthias Ginter (Borussia Monchengladbach), Robin Gosens (Atalanta), Christian Gunter (Freiburg), Marcel Halstenberg (RB Leipzig), Mats Hummels (Borussia Dortmund), Lukas Klostermann (RB Leipzig), Robin Koch (Leeds United), Antonio Rudiger (Chelsea), Niklas Sule (Bayern Munich).

Matthias Ginter
Toni Kroos

Midfielders: Emre Can (Borussia Dortmund), Leon Goretzka (Bayern Munich), Ilkay Gundogan (Manchester City), Joshua Kimmich (Bayern Munich), Toni Kroos (Real Madrid), Jamal Musiala (Bayern Munich), Florian Neuhaus (Borussia Monchengladbach).

Attakkanti: Serge Gnabry (Bayern Munich), Kai Havertz (Chelsea), Jonas Hofmann (Borussia Monchengladbach), Thomas Muller (Bayern Munich), Leroy Sane (Bayern Munich), Kevin Volland (Monaco), Timo Werner (Chelsea).

Leroy Sane