Lokali

Covid-19: 2 każi ġodda, ifiqu 5

Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 2 każi pożittivi ta’ COVID-19, filwaqt li fiequ 5 persuni oħra. Biex b’hekk il-kazijiet attivi niżlu għal 64.

Għal ġurnata oħra ma kienu reġistrati ebda imwiet… bil-fatalitajiet jibqgħu 419.

Sal-Ħamis kienu ingħataw 576,256 doża tal-vaċċin għal kontra l-COVID, b’aktar minn 251,000 persuna huma mlaqqma biż-żewġ dożi.

Mill-bidu ta’ din il-panedmija.. f’Marzu tal-2020  kienu reġistrati 30,579 każ ta’ dan il-virus dan filwaqt li fiequ 30,096 persuna. Sa issa 76% tal-adulti Maltin ħadu l-ewwel doża tat-tilqima dan filwaqt li 57% tal-adulti ħadu it-tieni doża.

Ir-rata ta’ każi pożittivi bħalissa hija ta’ 0.2%

Intant, il-Ġimgħa id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li bħalissa m’hemm ebda pazjent fl-ITU li hu pożittiv għall-Coronavirus.

Sadtanitant, Net News għamel mistoqsija dwar liema varjanti hawn f’pajjiżna u kemm hawn każi pożittivi tagħhom iżda din il-mistoqsija baqgħet ma ġietx imwieġba.

Il-Professur tas-Saħħa Charmaine Gauci saħqet li għalissa ser ikunu qed ikunu qed jitwaqqfu l-aġġornamenti ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa b’rabta mal-COVID-19.