EURO 2020 Futbol Sport

EURO 2020 | Grupp A : Italja 3-0 Turkija

L-Italja b’wirja dominanti fuq it-Turkija fi Stadio Olimpico

L-Italja rebħu l-ewwel partita tal-Euro 2020 kontra t-Turkija bl-iskor ta’ 3-0. L-Italja ddominaw il-partita b’futbol offensiv u meritatament kisbu l-ewwel tliet punti. Fl-ewwel taqsima l-Italja kienu l-aħjar tim fejn ħolqu diversi opportunitajiet ta’ skor fosthom daqqa ta’ ras mid-difensur Giorgio Chiellini, li kienet salvata tajjeb mill-goalkeeper Tork Ugurcan Cakir. L-Italja kellhom ukoll xi azzjonijiet fejn appellaw għall-penalty, bir-referee jxejjen dawn l-appelli u jħalli l-logħob għaddej. It-Turkija ftit li xejn kienu perikolużi, bl-ewwel taqsima tintemm fi skor ta’ 0-0.

Fit-tieni taqsima l-Italja ħarġu aktar aggressivi biex jsibu l-gowl u proprju fit-54 minuta huma marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Domenico Berardi, Merih Demiral tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal 1-0. Din kienet l-ewwel darba fl-sitorja tal-Euro li l-ewwel gowl kien skorjat minn plejer fil-lasta tiegħu stess. L-Italja rdoppjaw fil-65 minutameta x-xutt ta’ Domenico Berardi kien salvat tajjeb mill-goalkeeper, biex mit-tieni tentattiv Ciro Immobile tefa’ ġewwa għal 2-0. It-tim immexxi minn Roberto Mancini għamluhom tlieta fid-79 minuta meta wara szzjoni maħduma tajba, Lorenzo Insigne kkonkluda ġewwa għal skor finali ta’ 3-0.

L-ewwel ħdax ufficjali għall-partita inawgurali bejn l-Italja u t-Turkija huma dawn :

Italja : G.Donnarumma, A.Florenzi (G.Di Lorenzo 46′), L.Bonucci, G.Chiellini, L.Spinazzola, N.Barella, Jorginho, M.Locatelli (B.Cristante 74′), D.Berardi (F.Bernardeschi 85′), C.Immobile (A.Belotti 81′), L.Insigne (F.Chiesa 81′)

Turkija : U.Cakir, M.Celik, C.Soyuncu, M.Demiral, U.Meras, O.Yokuslu (I.Kahveci 65′), A.Ayhan, O. Tufan (K.Ayhan 64′), H.Calhanoglu, K.Karaman (H.Dervisoglu 75′) Y.Yazici (C.Under 46′), B.Yilmaz

Referee: D.Makkelie

Assistenti Referees: H.Steegstra, J.de Vries

Skorers : M.Demiral 54′, C.Immobile 65′, L.Insigne 79′