EURO 2020 Sport

Il-partitarji Ingliżi mhux se jitħallew ikantaw fil-bars minħabba l-Covid 19

(Ritratt: EPA)

Il-partitarji Ingliżi li se jsegwu l-partiti tal-Euro 2020 mill-bars fl-Ingilterra mhux se jitħallew ikantaw minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid 19. L-Ingilterra jiftħu l-impenji tagħhom fi Grupp D kontra l-Kroazja bil-partitarji Ingliżi jinsabu ħerqana biex jaraw lil pajjiżhom jilgħab fid-diversi bars fl-Ingilterra.

Iżda bir-restrizzjonijiet tal-Covid 19 l-esperjenza tal-partitarji se tkun xi ftit differenti mis-soltu, hekk kif fil-bars se jitħallew mwejjed ta’ sitt persuni, bil-persuni fil-bar mhux se jitħallew iqumu minn mal-mejda tagħhom. Ma’ dawn ir-restrizzjonijiet l-partitarji mhux se jitħallew ikantaw sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-firxa tal-Covid 19, kif ukoll il-mużika fil-barijiet trid tkun waħda baxxa.

Ikkummenta