EURO 2020 Sport

Il-plejers Skoċċiżi jbiddlu d-deċiżjoni u se jinżlu għarkopptejhom kontra l-Ingilterra

Illum il-plejers Skoċċiżi biddlu d-deċiżjoni tagħhom u se jkunu qed jinżlu għarkopptejhom qabel il-partita kontra lngilterra b’solidarjeta’ mal-plejers Ingliżi. Ilbieraħ il-plejers Skoċċiżi qalu li se jkunu qed jibqgħu bilwieqfa fil-partiti tagħhom tal-Euro 2020.

Madankollu, se jkun qed jinżlu għarkopptejhom biex juru s-sapport tagħhom fil-ġlieda kontra r-razziżmu. Dan kien ikkonfermat mill-coach Skoċċiż Steve Clarke u l-captain tal-Iskozja Andrew Robertson.