Futbol Sport

Il-Qorti tiddieċiedi li l-Copa America tista’ ssir fil-Brażil

Il-Qorti Suprema ddeċidiet li l-Copa America tista’ ssir fil-Brażil. Dan wara li qamet diskussjoni biex din il-kompetizzjoni tiġi kkanċellata minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Oriġinarjament, il-Copa America kellha ssir fl-Arġentina u l-Kolumbja. L-Imħallfin qalu li l-awtoritajiet tal-pajjiż iridu jagħmlu minn kollox biex jassiguraw li s-saħħa taċ-ċittadini Brażiljani ma tkun ipperikolata. L-istess imħallfin urew l-għadab tagħhom lejn il-President Brażiljan Jair Bolsonaro li ddeċida li jospita dan it-tournament ftit tal-ġimgħat ilu.

It-timijiet li se jikkompetu fil-Copa America se jkunu qed jiġu ttestjati kull 48 siegħa bl-ivaġġar tagħhom minn post għall-ieħor se jkun ristrett. S’issa fil-Brażil mietu aktar minn 475,000 kważa tal-pandemija tal-Covid-19