Lokali Mużika

Imut il-kantant u mużiċist popolari Jon Lukas

Id-dinja tal-mużika tinsab f’luttu wara l-mewt ta’ Jon Lukas – isem sinonimu mal-iżvilupp tal-ħoss mużikali fis-snin 70 u 80, speċjalment bi produzzjonijiet bħal ‘Can’t Afford To Lose’. Lukas kellu 72 sena.

Il-kant-awtur Malti, magħruf bħala Woodenman, kien ħareġ il-kanzunetta ‘Love We Share’ fl-1993. Iżda tul is-snin kellu numru ta’ suċċessi oħrajn.

Waħda mill-aħħar intervisti li saritlu kien għamilha fuq Net FM il-kollega Noel D’Anastas, u dakinhar il-vuċi tiegħu kienet diġa’ tinstema’ xi ftit batuta – għalkemm il-fjamma mużikali baqgħet b’saħħitha sal-aħħar.

Din l-inervista kienet imxandra fuq Net FM fil-25 t’Ottubru 2020 u titqies l-aħħar intervista fit-tul dwar it-tfulija, iż-żgħożija u l-karriera tiegħu.