Il-winger tar-Russja Andrei Mostovoy irriżulta pożittiv għall-Covid-19 u se jkun qed jitlef il-kompetizzjoni tal-Euro 2020. Postu fl-iskwadra Russa se jkun qed jieħdu Roman Yevgenyev.
Il-midifielder ta’ 23 sena ta’ Zenit kien involut fil-partiti ta’ ħbiberija tar-Russja fejn kien wieħed mill-aktar players li spikkaw. Minn naħa l-oħra Yevgenyev kien parti mill-iskwadra proviżorja ta’ Stanislav Cherchesov. Dan kien każ ieħor tal-Covid-19 wara li Spanja u l-Iżvezja wkoll ikkonfermaw każijiet pożittivi.
//= $special ?>