Lokali

Kelb tad-Dwana jaqbad żewġ passiġġieri deħlin bi €32,849 mhux iddikkjarati

Id-dipartiment tad-Dwana ta’ pajjiżna  lbieraħ filgħaxija waqqaf żewġ persuni li kienu se jppruvaw jidħlu pajjiżna b’ammont ta’ flus mhux iddikkjarat. Is-sejba saret permezz tal-kelb tas-sezzjoni tal-K9, Charlie.

Charlie, l-uffiċjal b’erba’ saqajn li għamel din il-qabda

Iż-żewġ passiġġieri kienu għadhom kemm niżlu minn fuq it-titjira minn Żurich. Huma kienu ta’ nazzjonalità Tajlandiża u Żvizzera.

Charlie rnexxielu jinterċetta total ta’ €32,849 fi flus kontanti mhux iddikkjarati.

Wara interrogazzjoni mill-uffiċjali tad-Dwana tat-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil ta’ flus, iż-żewġ persuni ġew immultati fil-post u tħallew ikomplu bil-vjaġġ tagħhom.