EURO 2020 Sport

Kevin de Bruyne u Axel Witsel mhux se jilagħbu kontra r-Russja

(Ritratt: EPA)

Kevin de Bruyne u Axel Witsel mhux se jilagħbu l-ewwel partita tal-Belġju kontra r-Russja hekk kif għadhom qed jirkupraw mill-injuries rispettivi tagħhom. de Bruyne għadu qed jirkupra mill-injury li sofra fil-finali taċ-Champions League f’wiċċu, fejn kellu wkoll jagħmel intervent mediku fil-jiem li għaddew.

Min-naħa l-oħra Axel Witsel wkoll ma vjaġġax mal-kumplament tal-iskwawdra hek kkif qed jirkupra minn injury taħt il-pexxun. Minkejja dan dawn il-plejers mistennija jirkupraw fil-ħin għat-tieni partita tal-Belġju kontra d-Danimarka.