“Kull negozju għandu jkollu sistema ta’ taxxa ġusta”. Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt żjara li għamel f’fabbrika tal-għamara f’Bulebel….wara li ftit tal-ġimgħat ilu il-Partit Nazzjonalista tkellem b’mod car dwar it-tassazzjoni u s-sistema fiskali.
Filfatt, il-PN irid li jibni sistema ta’ tassazzjoni li tkun ġusta u ma’ tiddiskriminax kontra negozji Maltin, filwaqt li tkun mibnija fuq prinċipji li jinċentivaw lill-intrapriżi jinvestu dejjem aktar fil-ħaddiema u l-operat tagħhom.
Il-PN irid li l-mudell ta’ tassazzjoni ta’ pajjiżna ikompli jiġi modernizzat sabiex il-Gvern ikun jista’ jiġġenera aktar dħul filwaqt li jżomm il-piż tat-taxxi fuq il-familji Maltin u Għawdxin baxx kemm jista’ jkun. Il-Partit Nazzjonalista jrid ukoll jiffoka aktar fuq investiment kapitali… kif ukoll inaqqas l-infiq fi spejjeż li jistgħu jiġu evitati.
Matul din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista nux biss dar il-fabbrika, izda ra x’ħidma jirrikjedi dan ix-xogħol tal-ghamara….kif ukoll tkellem mal-ħaddiema u s-sid ta’ dan in-negozju sabiex jara liema sfidi qed jaffaċċjaw; sfidi anke relatati mal-COVID-19.
Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Membri tal-Forum SMEs tal-PN.
//= $special ?>