Lokali Qorti

L-Imħallef Spiteri Bailey jappella għal aktar rispett minn dawk li jiffrekwentaw il-bini tal-Qorti

Fl-ewwel seduta inawgurali tal-Imħallef Ian Spiteri Bailey huwa għamel appella għal aktar rispett u kortesija bejn dawk kollha li jiffrekwentaw il-bini tal-qorti. Huwa qal li dan huwa mportanti ħafna biex itejjeb l-atmosfera fil-Qorti. Spiteri Bailey kien wieħed mill-erba ’mħallfin ġodda maħtura mill-president f’April.

Huwa rringrazzja wkoll lill-President tal-Kamra tal-Avukati Louise de Gabriele li wissa fuq liġi ġdida proposta li tfittex li tirregola l-professjoni b’mod ta’ “biċċa biċċa”. Waqt li kien qed jitkellem waqt is-seduta inawgurali tal-imħallef Ian Spiteri Bailey, de Gabriele qal li l-abbozz jipproponi li jemenda u anke jħassar numru ta’ dispożizzjonijiet introdotti ftit ġimgħat ilu biss.

Huwa qal li huwa evidenti li m’hemm l-ebda pjan jew viżjoni ċara għar-regolazzjoni tal-professjoni. Il-kamra tal-avukati għaldaqstant sejħet laqgħa urġenti għall-ġimgħa d-dieħla biex tiddiskuti l-abbozz. De Gabriele appella biex l-abbozz jiġi sospiż sakemm isiru diskussjonijiet xierqa bejn il-partijiet interessati kollha.

Min-naħa tiegħu, Spiteri Bailey tkellem dwar id-deċiżjoni li jitlaq il-karriera twila tiegħu bħala avukat biex isir Imħallef. Qal li se jibqa’ umli kif dejjem kien u saqajh mal-art. Tenna li 27 sena ta’ Avukatura li fihom dejjem fittex li dejjem igib rispett lejn kull ġudikant li deher quddiemu, anke fejn ma qabilx miegħu jew magħha.

“Ikkritikajt fejn kelli nagħmel dan, ghamilt osservazzjonijiet fejn dehrli opportun – imma dejjem b’rispett sħiħ lejn il-ġudikant u l-Awtorita` tal-Qorti. Fittixt li dejjem nkun ta’ għajnuna, li nkun leali lejn il-ġurament tal-ħatra tiegħi, lejn il-klijenti tiegħi u f’relazzjoni tajba mal-kollegi avukati fuq in-naha l-ohra.

“Fittixt illi naqdi dmiri bl-aħjar mod possibbli, imma fuq kollox bi tbissima, anke fejn kont inkwetat. Kultant ħbejt id-dwejjaq u l-problemi li kultant il-professjoni għaddietni minnhom, biex nipprova dejjem insib il-posittiv. Bdejt mix-xejn imma l-uffiċċju kiber u l-klijentela bil-mod il-mod zdiedet sakemm rawwimt ufficcju legali li ghamilni kburi” tenna l-Imħallef.

Kompla jgħid, li l-Prim Imħallef għoġbu jghabbih bil-piż li jippresjiedi fuq il-Qorti Civili (Sezzjoni tal-Kummerc). Qorti li ser tkun qed tittratta mhux biss kwistjonijiet ta’ kumpaniji kummerċjali jew soċjetajiet kummerċjali oħra, imma poġġa fuq il-platt ta’ din is-sezzjoni tal-Qorti Civili, il-Marittimu, il-Proprjetà Intellettwali u l-Kompetizzjoni.

“B’żieda ma’ dan kollu, se nippresjedi ukoll flimkien ma’ tant kollegi oħra, fuq il-Prim Awla (Sede Kostituzzjonali)
u l-Għassa, li minn żmien għal żmien ikun immissek. Imma ninsab onorat immens illi se nkun qed nippresjedi fuq Qorti speċjalizzata bħal din u għandi, qabel xejn, ħafna x’nitgħallem u ħafna x’nistudja biex nwettaq dmiri tajjeb.

“L-Avukati prattikanti iridu igħinuni. Iridu jkunu ppreparati fil-qadi ta’ dmirijiethom meta jitrattaw il-kawżi u jagħmlu xogħol b’diliġenza sabiex jiffaċilitaw ix-xogħol talQorti u fuq kollox jgħinuha tasal biex tagħmel ġustizzja vera u ġudizzju tajjeb”.

Kompla jgħid li jinsab onorat li se jnservi f’Qorti speċjalizzata għax jemmen fiha, Qorti li bnieha il-predeċessur tiegħu l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon. Qal li jispera illi, jkompli fuq is-suċċess li għamel hu u jkompli jibni biex jħalli warajh hu wkoll, legat sabih f’din il-Qorti kif ħalla hu. Saħaq li l-legat li ħalla l-Imħallef Zammit McKeon f’din il-Qorti, huwa rikonoxxut minn kulħadd, jitfa’ piz akbar fuqu biex jagħmel minn din il-Qorti, suċċess, li tagħti riżultati tajbin kif għamel hu.