Coronavirus Lokali

Professjonisti diżappuntati b’dak li tħabbar mill-Gvern illum

Hekk kif ġie mħabbar il-mod ta’ kif ser ikunu qed jittellgħu l-attivitajiet permessi mill-5 ta’ Lulju ‘l quddiem, kienu diversi persuni li jaħdmu f’dan il-qasam fosthom event organizers, li esprimew rabja għall- dak li ġie mħabbar il-Ġimgħa.

Fost l-oħrajn il-Kumpanija G7 events Malta stqarret li dak li ntqal illum huwa insult għal din l-industrija.

No description available.

Fuq il-midja soċjali kitbu wkoll sound engineers Dj’s u kantanti fosthom Ryan Spiteri, Daniel Briffa, D-Rey, Carlo Gerada, Tenishia kif ukoll Ira Losco li kollha esprimew id-diżappunt għal dak li tħabbar aktar kmieni illum.

Minkejja li meta mistoqsi minn Net News jekk qabel sar dan ir-rilaxx ta’ restrizzjonijiet iddiskutewx ma’ operaturi tas-settur ma’ jekk iddiskutewx Chris Fearne saħaq li saru d-diskussjonijiet kollha neċessarji, fi stqarrija l-MEIA saħqet li l-ebda diskussjoni jew komunikazzjoni ma’ saret magħhom.