Il-Knisja Kattolika fakkret il-Festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù – ċelebrazzjoni tal-imħabba infinita li Kristu għandu għall-umanità, li ta’ kull sena titfakkar 19-il gurnata wara Pentekoste.
Għal dan il-Jum, waqt Quddiesa li mexxa fil-Kappella tar-Residenza San Vinċenz de Paul – iddedikata propju lill-Qalb ta’ Ġesù – l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li lkoll kemm aħna għandna bżonn li jkollna qalb mimlija ħeġġa u nar ta’ mħabba għall-proxxmu tagħna.
Il-Kap tal-Knisja f’Malta qal li n-Nisrani għandu jmur bil-problemi għand Ġesù, ladarba hu stess qalilna li, fil-ħniena kbira tiegħu, hu hekk biss li t-toqol tal-ħajja jiħfief.
Meta kkwota silta mill-Passjoni tal-Mulej, l-Arċisqof fakkar kif fil-Bibbja jingħad li meta s-suldat nifed ġenbejn Ġesù, ħareġ demm u ilma – id-demm li jissimbolizza l-ħajja u l-ilma li jissimbolizza t-tbatija iżda wkoll it-tisfija – u li għalhekk huma xhieda li tana kollox bil-mewt tiegħu fuq is-Salib.
Id-devozjoni lejn din il-festa tal-Qalb ta’ Gesu tmur lura sas-Seklu 11.
//= $special ?>