It-tieni stħarriġ mill-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering li sar fix-xahar ta’ Mejju juri stampa ġeneralment pożittivi mis-sidien tar-ristoranti u stabbilimenti oħra.
Minn mindu r-ristoranti reġgħu bdew jiftħu sa nofsillejl, 54% tas-sidien li wieġbu għall-istħarriġ irrappurtaw riżultati tajbin filwaqt li 36% qalu li kellhom riżultati medji.
MInn naħa l-oħra wieħed minn kull għaxra qalu li ma kienux kuntenti bir-riżultati mindu reġgħu fetħu filgħaxijiet.
L-istġarriġ jinnota li kważi terz minn dawk li wieġbu li kienu għazlu li jiftħu mill-24 ta’ Mejju minkejja li r-restrizzjonijet kienu ġew irrilassati fl-10 ta’ Mejju.
Ġimgħa qabel, 10% tal-membri kienu qalu li kienu qed jistennew wirja negattiva tul il-perjodu ta’ bejn l-4 u s-7 ta’ Ġunju.
//= $special ?>