Atletika Sport Sport Ieħor

Titħabbar il-mewt tal-eks atleta Paola Pigni

Tħabbret il-mewt ta’ Paola Pigni l-atleta Taljana li fost l-oħrajn rebħet il-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi ta’ Munich tal-1972 fl-1500 metru.

Pigni kellha 75 sena u kienet ta’ ispirazzjoni għall-bosta atleti femminili fost bosta atelti Taljani. Fis-snin 60 l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali fl-Italja kienet li n-nisa ma jifilħux jagħnlu eserċizzju fit-tul b’Pigni tegħleb din il-perċezzjoni.

Hi kienet l-ewwel mara li ġriet il-maratona tal-1500 metru, tat-3,000 metru u tal-5,000 metru. Pigni żammet ukoll ir-rekord mondalji tal-1500 meta fl-1969 waqqfet ir-reokrd ta’ 4’12’04. Hi kienet temmet il-karriera tagħha wara li rrapreżentat lill-pajjiżha għall-33 darba fejn wara li waqfet xorta baqgħet tippromovi l-attività fiżika.