Lokali

Tliet persuni m’għadhomx imfittxija

Il-Pulizija ħabbret li t-tliet barranin – Ibrahim Yassine, Andres Felipe Quimbaya Nieto u Emmi Amanda Kumpulainen – li jumejn ilu talbet l-assistenza tal-pubbliku biex jinstabu m’għadhom qed jiġu mfittxija.

Fi stqarrija, il-Korp ma tax dettalji x’wassal għal dan l-aġġornament, għalkemm hu mifhum li dawn kienu arrestati mill-Pulizija.

Fil-fatt, il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.