Ingliż ta’ 62 sena ttella’ mejjet mill-baħar fl-akwati ta’ Triq it-Trunċiera, fil-Qawra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1pm meta l-Pulizija daħlilha rapport li hemm persuna fil-baħar. Fl-istqarrija ntqal li jidher r-raġel waqt li kien fuq il-blat, għal xi raġuni tilef il-bilanċ u waqa’ l-baħar.
Ir-raġel itella’ mill-baħar minn membri tal-ħaddiema tas-salvataġġ, fuq il-post issejħet ambulanza iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett
//= $special ?>