Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 2 każi pożittivi… ifiqu 4 persuni oħra

Fl-aħħar sigħat pajjiżna rreġistra 2 każi pożittivi ta’ COVID-19, filwaqt li fiequ 4 persuni oħra. Biex b’hekk il-kazijiet attivi niżlu għal 62.

Għal ġurnata oħra ma kienu reġistrati ebda imwiet… bil-fatalitajiet jibqgħu 419.

Sal-Ġimgħa kienu ingħataw 582,206 doża tal-vaċċin għal kontra l-COVID, b’aktar minn 256,079 persuna huma mlaqqma biż-żewġ dożi. Mill-bidu ta’ din il-panedmija.. f’Marzu tal-2020  kienu reġistrati 30,581 każ ta’ dan il-virus dan filwaqt li fiequ 30,100 persuna.