Futbol Sport

David Moyes jġedded il-kuntratt ma’ West Ham

David Moyes iffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ West Ham, minkejja l-interess mill-eks club Everton, li jinsabu mingħajr coach wara li Carlo Ancelotti reġa ssieħeb ma’ Real Madrid. Moyes mexxa lil West Ham għall-aħħar aħħar żewġ staġuni, fejn dan l-istaġun rnexxielu jwassal lil West Ham għall-post fl-Ewropa, fis-sitt post tal-klassifika.

L-Iskoċċiż ta’ 58 sena, jinsab viċin li jmexxi lil West Ham għall-100 partita, u l-1000 partita fil-Premier League. F’kummenti li ta lis-sit ta’ West Ham Moyes qal li jrid ikompli jibni fuq is-suċċess li kisbu fan l-istaġun filwaqt li jtella’ aktar plejers mill-akkademja ta’ West Ham.