EURO 2020 Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp A: Wales 1-1 Żvizzera

F’partita bilanċjata Wales u l-Iżvizzera tintemm fi draw

Fl-ewwel taqsima il-logħob kien maqsum bejn iż-żewġ timijiet b’Wales ikun ftit aktar perikolużi f’mumenti mill-partita. Fil-15-il minuta minn cross mix-xellug, Kieffer Moore ra d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper tal-Iżvizzera Yan Sommer. Lejn l-aħħar tat-tieni taqsima l-Iżvizzera iddominaw il-pusses tal-ballun iżda ftit li xejn ħolqu okkażjonijijet ta’ skor, biex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 0-0.

Iżda fit-tieni taqsima l-Iżvizzera ħarġu jfittxu l-gowl u proprju fid-49 minuta marru fil-vantaġġ minn corner ta’ Sherdan Shaqiri kien Breel Embolo li bir-ras għeleb lil Danny Ward għal 1-0. Fl-74 minuta Kieffer Moore ġab il-gowl tad-draw għal Wales meta minn cross ta’ Joe Morrell ikkonkluda tajjeb bir-ras. Fil-85 minuta gowl ta’ Mario Gavranovic kien mħassar għall-offside.

L-ewwel ħdax inizjali tal-partita bejn Wales u l-Iżvizzera huma dawn:

Wales: D.Ward, B.Davies, J.Rodon, J.Allen, A.Ramsey (E.Ampadu 90′), G.Bale, K.Moore, C. Roberts, J.Morrell, D.James (D.Brooks 75′), C.Mepham

Żvizzera: Y.Sommer, K.Mbabu, N.Elvedi, M.Akanji, B.Embolo, R.Freuler, H.Seferovic (M.Gavranovic 84′), G.Xhaka, R.Rodriguez, F.Schar, S.Shaqiri (D.Zakaria 66′)

Referees: C. Turpin

Assistenti referees: N.Danos, C.Gringore

Skorers: B.Embolo 49′, K.Moore 74′