Il-Belġju jikkontrollaw mill-ewwel minuta
Fl-ewwel taqsima il-Belġju ħarġu jiddominaw il-pusses tal-ballun u proprju fl-10 minuta marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Dries Mertens, Andrey Semedov naqas mill-jbiegħed il-periklu, b’Romelu Lukaku japprofitta u jikkonkludi ġewwa għal 1-0. Wara l-gowl Lukaku mar fejn il-camera u għadda messaġġ lil Christian Eriksen bil-kliem “Chris, Chris, Inħobbok”. Il-Belġju komplew jiddominaw lit-tim Russu u fl-34 minuta rdoppjaw, meta għal darb’oħra kien hemm nuqqas t’attenzjoni fid-difiża tar-Russja, b’Thomas Meunier jitfa’ ġewwa bix-xellug, bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 2-0..
Fit-tieni taqsima, kif mistenni il-Belġju naqqsu ftit mir-ritmu għoli li kellhom fl-ewwel taqsima filwaqt li komplex jikkontrollaw il-partita. Ir-Russi min-naħa l-oħra baqgħu jippruvaw iżommu dixxiplinati fit-tattika tagħhom, bil-linji tal-midifeld u d-difiża dejjem wara l-ballun. Biex fit-88 minuta minn pass preċiż ta’ Thomas Meunier, Romelu Lukaku skorja it-tielet gowl għall-Belġju u t-tieni wieħed personali għal skor finali ta’ 3-0.
L-ewwel ħdax inizjali tal-partita bejn il-Belġju u r-Russja huma dawn:
Belgium : T.Courtois, T.Alderweireld, D.Boyata, J.Vertonghen (T.Vermaelen 76′), T.Castagne (T.Meunier 27′), J.Tielemans, L.Dendoncker, T. Hazard; D.Mertens (E.Hazard 72′), R.Lukaku, Y.Carrasco (D.Praet 77′)
Russia : A.Shunin; Mario Fernandes, A.Semenov, G.Dzhikiya, Y.Zhirkov (V.Karavev), M.Ozdoev, D.Barinov (I.Diveev 46′), R.Zobnin (M.Mukhin 63′), A.Golovin, D.Kuzyaev (D.Cheryshev 30′)(A. Miranchuk 63′) A.Dzyuba
Referee: A.Mateu
Assistenti Referees: P.Devís, R. del Palomar
//= $special ?>