EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp B: Danimarka 0-1 Finlandja

(Ritratt: EPA)

Rebħa storika għall-Finlandja f’partita ddominata mill-inċident ta’ Christian Eriksen

Il-Finlandja għelbu lid-Danimarka 1-0 fl-ewwel partita minn Grupp B, liema partita kienet iddominata mill-inċident li seħħ ftit qabel l-ewwel taqsima hekk kif il-player Daniż Christian Eriksen ikkollassa. Bl-ewwel taqsima tkun iddominata mid-Danimarka, il-goalkeeper Finlandiż kien strumentali biex iħalli lill-pajjiżu fil-partita. Ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-partita kellha tieqaf ħesrem hekk kif il-plejer Daniż Christian Eriksen bi-UEFA tipposponi l-partita għal xi ħin.

Aktar tard, iI-UEFA ħarġet stqarrija li Christian Eriksen jinsab f’sensieh u kien trasferit fi sptar viċin. Il-UEFA qalet ukoll li wara li saret laqgħa urġenti bejn l-uffiċjali tal-logħba u t-timijiet, kien deċiż li l-partita titkompla. Il-federazzjoni Daniża ikkonfermat li Christian Eriksen jinsab f’sensieħ u qed jsirulu aktar testijiet. Il-federazzjoni Daniża ikkonfermat li l-partita se titkompla fit-8.30pm illejla. Il-UEFA qalet li l-plejers talbu li l-partita titkompla fit-8.30pm.

Il-partita tkompliet fit-8.30pm bir-riżultat fi tmiem l-ewwel taqsima jkun dak ta’ 0-0.

Intant fit-tieni taqsima, l-partita żiedet fl-intensità u kienu l-Fillandja li skorjaw dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv fid-59 minuta permezz ta’ Joel Pahjanpalo.

Id-Danimarka kellhom iċ-ċans li jġibu l-iskor indaqs fl-74 minuta iżda l-penalty ta’ Pierre-Emile Hoejbjerg kien salvat mill-goalkeeper Finlandiż biex b’hekk aċċerta minn rebħa storika għall-Finlandja.

Danimarka: K. Schmeichel, D. Wass (J. Larsen 76′), S. Kjaer (J. Vestergaard 63′), A. Christensen, J. Maehle, C. Eriksen (M. Jansesn 43′), P. E. Hoejbjerg, T. Delaney (A. Cornelius 76′), Y. Poulsen, J. Wind (A. Olsen 63′), M. Braithwaite

Finlandja: L. Hradecky, J. Toivio, P. Arajuuri, D. O’Shaunghnessy, J. Raitala (L. Varisaenen 90′), R. Lod, T. Sparv (R. Schueller 77′), G. Kamara, J. Uronen, J. Pohjanpalo (M. Forss 84′), T. Pukki (J. Kauko 77′)

Referee: A. Taylor

Assitenti referees: G. Beswick, A. Nunn