Lokali Sport Sport Ieħor

Il-Gvern reattiv; wegħda li s’issa qatt ma twettqet

Il-Gvern Laburista, għal darb’oħra qed ikun reattiv għal dak li jitkellem dwaru l-Partit Nazzjonalista. Wara li fl-aħħar ġimgħat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, bl-aktar mod ċar, wiegħed li se jkun qed jara li t-trakka tal-motorsport issir mingħajr ma tinqered art prezzjuża, issa l-Gvern qed jgħid l-istess.

U filwaqt li Bernard Grech, spjega li l-Partit Nazzjonalista diġà identifika fejn din tista’ ssir sabiex igawdu mit-trakka l-appasjonati ta’ dan l-isport u mhux terzi persuni b’interessi kummerċjali, meta mistoqsi minn Net News, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, għalissa ma riedx jgħid fejn qed jippjana li ssir din it-trakka.

Il-Partit Laburista wiegħed li jagħmel din it-trakka fl-2013, wegħda li ma żammx. Il-Gvern Laburista reġa’ wiegħed li jagħmel din it-trakka fl-2017, wegħda elettorali oħra li sal-lum għadu ma żammx. Dawk li għandhom għal qalbhom dan l-isport għadhom qed jistennew u jittamaw li din id-darba, il-ħolma tagħhom issir realtà u mhux tibqa’ fuq il-programm elettorali tal-Labour.