EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Christian Eriksen jinsab f’sensieh

Id-dinja tal-football tinsab ixxukjatha b’dak li ġara fid-Danimarka fit-tielet partita tal-Euro 2020 meta fl-ewwel logħba tat-team Daniż, quddiem il-pubbliku tagħhom, ġrat xi ħaġa li ħasdet lil kulħadd. Kien lejn tmiem l-ewwel taqsima, meta il-player Daniż, il-player ta’ Inter fl-Italja, Christian Eriksen deher jikkollassa wara li rċieva l-ballun minn throw-in. Kien hawnhekk fejn Eriksen ingħata għajnuna medika u ttieħed fi sptar qrib l-istadium b’urġenza. Ir-referee tal-partita abbanduna l-logħba u l-UEFA ħabbret li l-partita ġiet sospiża minħabba emerġenza medika fejn deċiżjoni dwar it-tieni taqsima mistennija tittieħed fil-ħin li ġej.

Sadanittant il-Federazzjoni Daniża fuq Twitter ikkonfermat li Christian Eriksen jinsab f’sensieh u qed isirulu aktar testijiet mediċi.

https://twitter.com/NawafRasheed/status/1403757803488038923?s=20

Il-players u s-sapporters fil-ground dehru f’kommossjoni bit-tobba li ħarġu jassistu lil Ericksen dehru jagħtuh c-CPR. Sfortunatament din mhux xi ħaġa li rajna l-ewwel darba fid-dinja tal-football fejn fost l-oħrajn numru ta’ snin ilu, xi ħaġa simili ġrata lil Fabrice Muamba ta’ Bolton Wanderers kif ukoll lil Abdelhak Nouri ta’ Ajax. Il-qagħda ta’ Christian Ericksen għadha mhux magħrufa.

Il-player ta’ 29 sena deher ħiereġ mill-grawnd b’idejh fuq moħħu u b’hekk jidher li jinsab f’sensieh.

Missier Eriksen ikkonferma li ibnu qiegħed f’qagħda stabbli hekk kif jista’ jieħu n-nifs u qed jitkellem.

Il-partitarji ta’ tal-Fillandja bdew ikantaw isem Christian Eriksen waqt li kien magħruf li Eriksen jinsab f’qagħda stabbli.

Id-difensur Daniż Simon Kjaer jidher li kien strumentali biex isalva ħajjet Eriksen hekk kif żammlu lsienu wara li kkollassa.