Lokali

Il-Pulizija tinvestiga inċident tat-traffiku li fih kien involut Silvio Valletta

L-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta matul il-lejl li għadda kien involut f’inċident ikrah fil-Ħamrun, fejn allegatament intlaqtu numru ta’ karozzi li kienu ipparkjati.

Il-każ seħħ wara l-10pm fi Triq il-Kbira, bejn il-Knisja ta’ San Gejtanu u Pjazza Fra Diego.

Għalkemm il-Pulizija ma ħarġu ebda stqarrija dwar dan l-inċident, il-każ qed ikun investigat mid-Distrett tal-Ħamrun.