Internazzjonali

Jinstab katavru ta’ tifla ta’ 6 snin

Katavru li nstab f’borża f’qiegħ il-baħar f’Tenerife ġie kkonfermat bħala dak ta’ tifla ta’ sitt snin li kienet inħatfet minn missierha ġimgħat ilu.

Il-Gwardja Ċivili ta’ Spanja qalet li l-investigaturi li kienu qed ifittxu ‘l barra mill-Port ta’ Guimar sabu l-borża marbuta ma’ ankra.  

Il-ġisem kien identifikat bħala dak ta’ Olivia Gimeno – li missierha Tomas kien ħa lilha u lil oħtha Anna ta’ sena mingħajr permess fis-27 ta’ April li għadda.

Ommhom Beatriz Zimmermann, li hija divorzjata minn missierhom, sostniet li missier it-tfal kien qallha li qatt mhu se terġa’ tarahom. Fil-baħar instabet ukoll borża oħra fost tħassib li l-ġisem ta’ Anna jibqa’ qatt ma jinstab. Il-pulizija Spanjola għadha għaddejja bit-tfittxiiet tagħha kemm għat-tifla ta’ sena kif ukoll għall-missier.