Internazzjonali

Jitfakkar għeluq snin ir-Reġina Eliżabetta

Għat-tieni sena konsekuttiva, kawża tal-pandemija tal-COVID, għeluq snin ir-Reġina Elizabetta ġie immarkat b’ċelebrazzjoni fuq skala żgħira.

Matul il-jum tas-Sibt, il-parata tat-Tropping the Colour imexxija mill-Gwardja tal-Iskozja kienet ibbażata fil-Kastell ta’ Windsor, aktar milli fiċ-ċentru ta’ Londra.

L-għeluq snin ir-Reġina huwa fil-21 ta’ April iżda għeluq sninha jitfakkar b’mod uffiċjali fit-tieni Sibt ta’ Ġunju ta’ kull sena. Tradizzjonalment  matul dan il-jum tiġi ċċelebrata parata militari ħdejn Buckingham Palace, iżda minħabba l-pandemija, iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom isiru fuq skala ferm iżgħar.

Il-Ħadd, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden se jagħmel żjara uffiċjali lir-Reġina Elizabetta.