Lokali

Joseph Muscat ingħata mal-€120,000 minn flus il-poplu

Għaddew aktar minn sentejn minn mindu ħalla s-siġġu tal-poter f’Kastilja, iżda ismu jibqa’ jiddomina l-aħbarijiet għal raġunijiet mhux daqstant sbieħ

Il-poplu Malti u Għawdxi ħallas €120,000 għal golden handshake li kien ingħata l-eks PM Joseph Muscat meta spiċċa rriżenja f’Jannar tal-2020.

Din l-aħbar ħarġet minn The Shift News hekk kif qed jingħad li dan l-ammont ta’ eluf ta’ ewro ingħata wara li spicca mill-kariga tiegħu – €120,000 li inghataw bħala ‘terminal benefits’ – somma ekwivalenti għal salarju ta’ sentejn ta’ Prim Ministru.

Apparti dan l-ammont, l-eks Mexxej Laburista mhux biss ħa din is-somma iżda baqa’ jieħu l-onorarja Parlamentari sa Ottubru 2020, sakemm irriżenja.

Din tat-‘terminal benefit’ hi sistema li kienet addottata fil-passat, iżda jidher illi s-somma li dejjem tingħata kienet dejjem tqarreb is-€60,000. U għalhekk, ħafna qed jistaqsu għaliex l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ħa din is-somma ta’ €120,000.

Wara li warrab minn Kastilja, Muscat xorta baqa’ qrib ħafna tal-Prim Ministru attwali Robert Abela. U fil-perijodu tal-ewwel mewġa tal-Covid, l-eks Prim Ministru kien jagħti l-pariri lil Robert Abela.

Din mhux l-ewwel darba li l-Gvern Laburista dahal f’kontroversja simili – fl-2019 kien hemm l-iskandlu ta’ €150,000 li tħallsu bil-golden handshake lill-uffiċjal tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji. Dawn wara li l-uffiċjal irtira mix-xogħol iżda kien impjegat ma’ entità oħra tal-istess MFSA.

Bl-eks Ministru Laburista Joe Brincat jeħodha qatta’ bla ħabel kontra l-Gvern u din il-‘golden hanshake’ kienet deskritta bħala imbarazzanti.