Internazzjonali

L-attivista Agnes Chow tinħeles mill-Ħabs

L-attivista favur id-demokrazija f’Hong Kong Agnes Chow inħelset mill-ħabs wara li kienet ilha maqfula għal sitt xhur.

Iż-żagħżugħa ta’ 24 sena ntbagħtet il-ħabs f’Diċembru li għadda wara li ħadet sehem f’assemblej mhux awtorizzati waqt protesti kbar kontra l-gvern fl-2019.

Mal-ħruġ tagħha mill-Ħabs tan-Nisa, kien hemm biss grupp żgħir ta’ partitarji jistennewha barra…  riflessjoni tat-theddid tal-gvern lil dawk li jidhirlu li qed jiksru l-liġi tas-sigurtà nazzjonali imposta fit-territorju ta’ Beijing sena ilu.

Fl-2014, Chow flimkien mal-attivist Joshua Wong, mexxew protesta tal-istudenti kontra r-riformi proposti għas-sistema elettorali ta’ Hong Kong li kienet tippermetti li Beijing jagħżel il-kandidati.