Lokali

L-MEIA tħabbar sejħa għal dimostrazzjoni pubblika

'FTUĦ RESPONSABBLI, SOSTENIBBLI U KKONTROLLAT GĦAL KULĦADD'

Wara l-laqgħa tal-bieraħ mal-membri konsultattivi tagħha, l-MEIA se tkun qed tħabbar sejħa għal dimostrazzjoni pubblika bl-isem ta ’‘FTUĦ RESPONSABLI, SOSTENIBBLI U KKONTROLLAT GĦAL KULĦADD”.

Id-dettalji se jitħabbru fi stqarrija għall-istampa nhar it-Tlieta 15 ta’ Gunju. Ir-raġuni għal sejħa bħal din hija biex tissalvagwardja d-drittijiet ugwali għall-ħaddiema kollha fis-setturi tal-Arti u tad-divertiment mingħajr xkiel għall-għixien tagħhom.

Minħabba r-restrizzjonijiet attwali, l-MEIA trid tiżgura li kollox isir b’mod sikur u legali. Sadanittant min-nhar it-Tnejn li ġej se tibda kampanja fuq il-midja fejn bosta individwi li jaħdmu fl-industrija ser jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jħeġġu għarfien dwar ir-realtajiet ta’ professjoni fl-Arti u d-divertiment li sfortunatement għadha mhix murija r-rispett li jistħoqqilha. Dan se jkun sforz kollettiv Nazzjonali biex jiġu indirizzati numru ta’ kwistjonijiet biex s-setturi tagħna jinfetħu għal kulħadd b’mod respobsabbli, sostenibbli u kkontrollat.