Lokali

Numru ta’ karozzi jinħakmu min-nirien fil-parkeġġ ta’ Golden Bay

Ftit tal-minuti ilu numru ta’ karozzi li kienu pparkjati fil-parkeġġ ta’ Goldern Bay inħakmu min-nirien.

Immedjatament fuq il-post waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn mal-ewwel bdiet ħidma sabiex jintefa’ n-nar.

Filmati li ttellgħu fuq il-media soċjali juru karozza maħkuma minn fjamma kbira tan-nar.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan in-nar u jekk kienx hemm xi persuni li naqbdu fil-karozzi.

Iktar dettalji hekk kif jaslulna.