EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Partita storika għall-Finlandja f’fażi finali tal-Kampjonati Ewropej

(Ritratt: EPA)

F’partita minn Grupp B, il-Finlandja se jkunu qed jiddebuttaw f’fażi finali tal-Kampjonati Ewropej wara setnnija ta’ aktar minn 82 sena, fejn fl-ewwel partita tagħhom jilagħbu kontra d-Danimarka.

Minkejja li fil-passat kellu players ta’ livell għoli, dan in-nazzjon qatt ma rnexxielu javvanza sa fażi finali ta’ tournament maġġuri. Il-kowċ Markku Kanerva se jkun qed jiddependi ħafna mill-attakkant ta’ Norwich City Teemu Pukki fejn fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni, skorja 10 gowls. Il-Finlandja se tkun qed tilgħab dawn il-partiti mingħajr pressjoni hekk kif kull punt f’ dan il-grupp se jkun qed jitqies daqs rebħa għad-debuttanti ta’ dan il-grupp.

Min naħa l-oħra d-Danimarka se jkunu qed jittamaw li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss. Dan se jkun l-ewwel Kampjonat Ewropew għad-Danimarka sa mill-2012 hekk kif ma kwalifikawx għall-aħħar edizzjoni ta’ dan it-tournament. Taħt it-tmexxija tal-kowċ Age Hareide, Danimarka jistgħu jkunu wieħed mis-sorpriżi tal-kompetizzjoni hekk kif bi players bħal Christian Eriksen ta’ Inter u anke l-goalkeeper ta’ Leciester City Kasper Schmeichel jistgħu jkunu ta’ sfida għall-kull tim. Players oħra interessanti fl-iskwadra Daniża nsibu lil Thomas Delany u Pierre-Emile Hojbjerg bil-midfielder ta’ Borussia Dortmund u Tottenham rispettivament jagħtu dimesijoni differenti lit-tim Daniż.

Dan se jkun biss it-tieni konfront bejn iż-żewġ nazzjonijiet minn naħa ta’ fuq tal-Ewropa hekk kif l-unika darba li ltaqgħu kontra xulxin kien fl-2011 f’partita ta’ ħbiberija meta dakinhar id-Danimarka kienu ħarġu rebbieħa 2-1.