Lucas Micallef huwa l-President il-ġdid tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Dan tħabbar waqt il-Laqgħa tal-Kunsill Ġenerali Annwali tal-FKNK li sar bis-sistema Hybrid nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2021.
Micallef jieħu post Joseph Perici Calascione li rrinunzja mill-kariga. Hu li ġie vestit b’ “Life Honorary Membership” għas-snin twal ta’ servizz volontarju tiegħu lill-FKNK, matul liema okkupa darbtejn il-kariga ta’ President, minbarra karigi uffiċjali oħra, xorta jifforma parti mill-Kunsill tal-FKNK fil-pożizzjoni ta’ Konsulent Amministrattiv.
Gerald Vella issa ġie maħtur fil-kariga preċedenti ta’ Micallef ta’ PRO. Il-Kunsill Ġenerali unaninament approva emenda fl-iStatut tal-FKNK permez ta’ liema ġiet regolarizzata l-pożizzjoni tal-Membri tal-FKNK fl-“FKNK Shooting Club”. Waqt il-Kunsill Ġenerali ġiet ukoll ippreżentata l-aħħar ħarġa tal-gażetta tal-FKNK “Mid-DURA” fil-format ġdid tagħha, li fil-jiem li ġejjin ser titqassam mingħajr ħlas lill-Membri tal-FKNK u lill-minn jkun interessat.
//= $special ?>